Il-Ħames Stħarriġ dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol
| Awtur: | Foundation |
| Sommarju: | Il-Ħames Stħarriġ dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol Ix-xogħol għandu rwol ewlieni fil-ħajja tan-nies, fil-funzjonament tal-kumpaniji u fis-soċjetà inġenerali. It-titjib fil-kwalità tax-xogħol u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol ilu fuq quddiem nett tal-politika tal-UE, l-aktar riċenti fl-Istrateġija Ewropa 2020 għal ‘Tkabbir intelliġenti, inklussiv u koeżiv’. Il-ħames Stħarriġ Ewropew tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (EWCS) jesplora suġġetti differenti bħar-riskji fiżiċi, il-ħin tax-xogħol, is-segregrazzjoni bejn is-sessi, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, ir-rappreżentanza tal-impjegati, l-organizzazzjoni tax-xogħol, l-istress fuq ix-xogħol, l-iżvilupp tal-ħiliet u tal-paga, kif ukoll is-saħħa u l-benesseri. Ix-xejriet taċ-ċarts tal-istħarriġ fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol jidentifikaw il-fatturi ta’ riskju ewlenin u jenfasizzaw il-kwistjonijiet li jixirqilhom attenzjoni politika. Il-ħames EWCS li huwa bbażat fuq intervisti ma’ 44,000 ħaddiem madwar 34 pajjiż Ewropew differenti, jirrappreżenta sors importanti ta’ informazzjoni u analiżi dwar ix-xogħol fid-dimensjoni kollha tiegħu fl-Ewropa, illum il-ġurnata. |
| Paġni: | 2 |
| Document type: | Executive summary |
| Referenza: | ef11821 |
| Ippublikat: | 11 April, 2012 |
| Niżżel il-PDF: | MT ( |
- Ħafna mill-publikazzjonijiet tagħna huma bil-PDF format. Biex tara l-fajls PDF ser ikollok bżonn tniżżel free Adobe Acrobat Reader
- Jekk m'hemm l-ebda fajl disponibbli biex jitniżżel, tista' titlob kopja stampata permezz ta' email.
Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fi: 03 lulju, 2012
