Ċentru ta' Tagħrif

Iċ-Ċentru ta' Tagħrif jipprovdi aċċess lill-persunal, ir-riċerkaturi u l-viżitaturi għas-sorsi ta' informazzjoni tal-Eurofound kif ukoll dawk esterni. Iċ-ċentru juża servizzi tal-librerija speċjalizzati sabiex jiżgura aċċess għal sorsi ta' informazzjoni li jinkludu databases biblijografiċi, gazzetti u bullettini tal-UE, ġurnali elettroniċi u materjal ta' referenza. Viżitaturi u l-persunal jistgħu jaċċessaw din l-informazzjoni permezz tas-servizzi tal-intranet tal-Eurofound.

Ix-xogħol tal-Eurofound huwa fl-isfera pubblika u huwa disponibbli għall partijiet interessati kollha li jistgħu jużaw il-faċilitajiet taċ-Ċentru ta' Tagħrif (b'appuntament) jew is-servizzi tal-internet tiegħu. Viżitaturi għaċ-Ċentru ta' Tagħrif għandhom jikkuntattjaw lil Jan Vandamme.