Il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea: l-Organizzazzjoni tax-xogħol - Sommarju eżekuttiv

Wara l-istħarriġ tal-2005, l- Eurofound wettqet aktar analiżi fil-fond tas-sejbiet tagħha dwar temi prinċipali marbutin mal-kundizzjonijiet taxxogħol fl-UE. Id-diversità fil-forom tal-organizzazzjoni taxxogħol madwar l-Ewropa kienet waħda mit-temi esplorati u hija s-suġġett ta’ dan ir-rapport. Għal dan il-għan, ir-riżultati tal-EWCS ġew analizzati biex tidher l-istruttura tad-differenzi fil-forom prinċipali talorganizzazzjoni tax-xogħol fil-pajjiżi tal-UE, b’eżami talkaratteristiċi strutturali, demografiċi u transkonfinali li jgħinu biex ikunu ddefiniti l-forom differenti u tkun esplorata r-relazzjoni bejn l-organizzazzjoni tax-xogħol u d-diversi dimensjonijiet tal-kwalità tax-xogħol u tal-impjieg. L-istudju jinkludi analiżi tar-rabtiet bejn l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-prattiki tat-tmexxija tar-riżorsi umani (HRM), flimkien ma’ eżami tal-organizzazzjoni tax-xogħol fi stabbilimenti żgħar u f’setturi ‘mhux tas-suq’ – bħal istituzzjonijiet tal-amministrazzjoni pubblika u s-sigurtà soċjali, l- edukazzjoni, is-saħħa u l-ħidma soċjali.



Niżżel il-PDF: MT (pdf 48.79 Kb)
Useful? Interesting? Tell us what you think. Hide comments

Add new comment