Ċaqliq fl-istruttura tal-impjiegi fl-Ewropa waqt ir-Reċessjoni l-Kbira - Sommarju eżekuttiv

Dan ir-rapport jiddeskrivi l-impatt tar-reċessjoni fuq l-impjiegi fl-UE27, billi jidentifika ċaqliq fil-livelli tal-impjiegi bejn it-tieni kwart tal-2010 u t-tieni kwart tal-2008 u juri kif dan iċ-ċaqliq kien imqassam tul il-medda tal-pagi. Dan isib li l-impjiegi komplew jiżdiedu f’xogħlijiet b’paga għolja, il-biċċa l-kbira f’servizzi b’għarfien intensiv u servizzi ta’ negozju. Intant, tnaqqis fl-impjiegi b’paga medja fil-kostruzzjoni u l-manifattura wassal għal tnaqqis fl-impjiegi fin-nofs tal-medda tal-pagi. Intilfu aktar xogħlijiet fost l-irġiel milli fost in-nisa, filwaqt li ħaddiema ta’ età akbar ibbenefikaw l-aktar mill-ħolqien tal-impjiegi. Filwaqt li x-xogħol part-time espanda tul il-medda tal-pagi, ħafna mit-tkabbir fl-impjiegi sa mill-2009 sar f’impjiegi temporanji (b’paga baxxa).



Niżżel il-PDF: MT (pdf 46.58 Kb)
Useful? Interesting? Tell us what you think. Hide comments

Add new comment