Il-Ħames Stħarriġ dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol

Il-Ħames Stħarriġ dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol Ix-xogħol għandu rwol ewlieni fil-ħajja tan-nies, fil-funzjonament tal-kumpaniji u fis-soċjetà inġenerali. It-titjib fil-kwalità tax-xogħol u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol ilu fuq quddiem nett tal-politika tal-UE, l-aktar riċenti fl-Istrateġija Ewropa 2020 għal ‘Tkabbir intelliġenti, inklussiv u koeżiv’. Il-ħames Stħarriġ Ewropew tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (EWCS) jesplora suġġetti differenti bħar-riskji fiżiċi, il-ħin tax-xogħol, is-segregrazzjoni bejn is-sessi, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, ir-rappreżentanza tal-impjegati, l-organizzazzjoni tax-xogħol, l-istress fuq ix-xogħol, l-iżvilupp tal-ħiliet u tal-paga, kif ukoll is-saħħa u l-benesseri. Ix-xejriet taċ-ċarts tal-istħarriġ fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol jidentifikaw il-fatturi ta’ riskju ewlenin u jenfasizzaw il-kwistjonijiet li jixirqilhom attenzjoni politika. Il-ħames EWCS li huwa bbażat fuq intervisti ma’ 44,000 ħaddiem madwar 34 pajjiż Ewropew differenti, jirrappreżenta sors importanti ta’ informazzjoni u analiżi dwar ix-xogħol fid-dimensjoni kollha tiegħu fl-Ewropa, illum il-ġurnata.



Niżżel il-PDF: MT (pdf 39.4 Kb)
Useful? Interesting? Tell us what you think. Hide comments

Add new comment