Polarizzazzjoni tal-impjiegi u l-kwalità tax-xogħol fil-kriżi: Osservatur Ewropew tal-Impjiegi 2013

Dan ir-rapport jiddeskrivi t-tibdil strutturali reċenti fl-impjiegi fis-swieq Ewropej tax-xogħol qabel, matul u wara r-riċessjoni ta’ bejn l-2008 u l-2009. Ir-rapport isib li l-qerda tal-impjiegi fl-Ewropa kollha fir-riċessjoni kienet polarizzanti ħafna f’termini tal-istruttura tal-pagi, filwaqt li kien hemm inqas polarizzazzjoni fl-2010-2012. Approċċ ibbażat fuq l-impjiegi jidentifika kif it-tibdil nett fl-impjiegi fuq il-livell tal-UE u tal-Istati Membri tqassam madwar impjiegi f’kwintili differenti tat-tqassim tal-pagi. Żewġ kriterji alternattivi għall-klassifikazzjoni tal-impjiegi huma bbażati fuq il-livell edukattiv medju tad-detenturi tal-impjiegi u miżura multidimensjonali tal-kwalità tax-xogħol, l-indiċi tal-kwalità tal-impjiegi mhux finanzjarji. Dan l-indiċi l-ġdid, miksub bl-użu ta’ dejta mill-ħames Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol, huwa bbażat fuq l-aggregazzjoni ta’ informazzjoni dwar firxa wiesgħa ta’ attributi tal-impjiegi marbuta mix-xjenzati soċjali mal-benesseri tal-ħaddiema.



Niżżel il-PDF: MT (pdf 42.38 Kb)
Useful? Interesting? Tell us what you think. Hide comments

Add new comment