Ir-ristrutturar fl-SMEs fl-Ewropa

Ir-ristrutturar huwa parti integrali mit-tessut ekonomiku fl-Ewropa, għax il-kumpaniji jeħtiġilhom jadattaw għal kundizzjonijiet ġodda bil-għan li jibqgħu sostenibbli u kompetittivi. Ħafna mill-importanza fil-politika sal-lum ingħatat lir-ristrutturar f’termini tal-kumpaniji l-kbar. Fid-dawl tal-importanza relattiva tal-kumpaniji żgħar jew ta’ daqs medju (SMEs) – li jikkostitwixxu iktar minn 99% tan-negozji Ewropej u madwar 66% tal-impjiegi fis-settur privat – dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha jeħtiġilhom jifhmu l-isfidi speċifiċi li jkollha tiffaċċja ażjenda żgħira biex ikunu jistgħu jipprovdu għajnuna xierqa lil din is-sinsla tal-ekonomija Ewropea. Imsejjes fuq informazzjoni miġbura minn 85 każ ta’ studju mill-Istati Membri kollha tal-UE u sorsi oħra, ir-rapport jindika l-karatteristiċi partikulari tal-SMEs fl-antiċipazzjoni tagħhom tar-ristrutturar u l-ġestjoni tiegħu, jesplora l-ixpruni ewlenin tal-bidla u janalizza l-fatturi li jinfluwenzaw ir-ristrutturar b’suċċess. Huwa joffri veduta wiesgħa u komparattiva ta’ kif ir-ristrutturar iħalli impatt fuq il-ħaddiema u fuq il-kumpanija nnifisha u jagħti bosta indikaturi ta’ politika għal azzjoni futura.



Niżżel il-PDF: MT (pdf 42.23 Kb)
Useful? Interesting? Tell us what you think. Hide comments

Add new comment