Il-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa: Tendenzi 2003–2012

L-Eurofound mexxiet l-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-ħajja (EQLS) fl-2003, fl-2007 u fl-2011. Dan ir-rapport iqabbel ir-riżultati mit-tliet sensiliet biex jagħti provi ta’ tendenzi u tibdil fil-kwalità tal-ħajja tal-Ewropej tul għaxar snin. Jeżamina wkoll jekk differenzi fl-Istati Membri kollha tal-UE naqsux jew baqgħu stabbli. Waħda mis-sejbiet tiegħu hija li l-benessri suġġettiv baqa’ stabbli fl-UE kollha kemm hi, iżda jsib ukoll li t-toqol finanzjarju fil-familji żdied b’riżultat tal-kriżi ekonomika. Ir-rapport jipproponi approċċ aktar attiv għal protezzjoni soċjali, minħabba li dħul aktar baxx għal familji huwa influwenza negattiva fuq il-kwalità tal-ħajja, u dan speċjalment meta l-ekonomija tmur lura.



Niżżel il-PDF: MT (pdf 38.81 Kb)
Useful? Interesting? Tell us what you think. Hide comments

Add new comment