Il-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa: Familji fil-kriżi ekonomika

Il-kriżi ekonomika rriformat il-ħajjiet ta’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej. Iżda din kif affettwat lil familji bit-tfal? It-tfal huma aktar f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali mill-popolazzjoni ġenerali fil-maġġoranza l-kbira tal-pajjiżi tal-UE; b’hekk, huwa importanti li wieħed jifhem kif il-kriżi affettwat lill-familji fejn jikbru fihom dawn it-tfal. Dan ir-rapport jiddeskrivi l-kwalità tal-ħajja li qed tinbidel fl-UE kollha għal tipi differenti ta’ familji bit-tfal u jqabbel l-istandards tal-għajxien u s-sitwazzjoni soċjali tagħhom. Filwaqt li ġabar flimkien lill-Istati Membri tal-UE f’erba’ kategoriji fuq il-bażi tal-flessibbiltà jew in-nuqqas tagħha fil-politiki tal-familja tagħhom, dan jeżamina wkoll ix-xejriet potenzjali li jistgħu jkunu marbuta ma’ approċċi differenti ta’ politika tal-familja. It-temi li joħorġu mis-sejbiet jinkludu l-isfidi partikolari li jiffaċċjaw il-ġenituri waħedhom, id-diffikultajiet akbar li jiffaċċjaw il-familja mingħajr impjieg mill-bidu tal-kriżi, u l-livell dejjem jikber ta’ kunflitt li l-ġenituri jesperjenzaw fit-tfittxija għal bilanċ bejn il-ħajjiet tax-xogħol u tal-familja tagħhom.



Niżżel il-PDF: MT (pdf 38.99 Kb)
Useful? Interesting? Tell us what you think. Hide comments

Add new comment