Disponibbiltà tad-dejta

Disponibbiltà tad-dejta

Hija l-politika tal-Eurofound li tagħmel il-kwestjonarji u s-settijiet tad-dejta disponibbli mingħajr ħlas għall- pubbliku. Il-kwestjonarji jsiru disponibbli wara li jitlesta l-ġbir tal-informazzjoni tal-istħarriġ. Is-settijiet tad-dejta tal-istħarriġ isiru disponibbli mhux aktar tard minn sentejn wara t-tlestija tal-ġbir tal-informazzjoni tal-istħarriġ.

Kwestjonarji

L-aħħar kwestjonarji disponibbli huma:

Links għall-kwestjonarji għall-edizzjonijiet preċedenti tal-istħarriġ jistgħu jinstabu fil-paġni għas-sessjonijiet speċifiċi tal-istħarriġ.

Settijiet tad-dejta tal-istħarriġ

Is-settijiet tad-dejta tal-Eurofound u l-materjal li jakkumpanjahom huma maħżuna fl-Arkivju tad-Dejta tar-Renju Unit (UKDA) f'Essex, ir-Renju Unit u huma promossi online permezz tal-Economic and Social Data Service (ESDS) International.

Id-dejta hija disponibbli mingħajr ħlas għall-utenti rreġistrati kollha li għandhom il-ħsieb li jużawha għal skopijiet mhux ta' profitt. It-talbiet għall-użu għal skopijiet kummerċjali jintbagħtu lill-Eurofound għall-awtorizzazzjoni.

Kull min huwa interessat li juża d-dejta tal-istħarriġ tal-Eurofound għandu jipproċedi kif ġej:

  1. Idħol fis-sit elettroniku tal-ESDS. Sib l-istħarriġ billi tagħfas fuq ‘Micro data’ fuq l-iżbarra fuq in-naħa tax-xellug, u mbagħad agħfas fuq Eurofound
  2. Fuq il-paġna tal-Eurofound, agħfas fuq l-isem tal-istħarriġ rilevanti għal iżjed informazzjoni dwar is-sett tad-dejta
  3. Agħfas fuq ‘Niżżel/ordna’. Issa trid tilloggja fuq il-bażi ta' isem tal-utent u password:
    • Jekk inti minn università jew kulleġġ fir-Renju Unit, inti tista' tilloggja billi tuża l-istess isem tal-utent u password li tuża biex taċċessja s-servizzi lokali tal-istituzzjoni tiegħek.
    • Persuni oħra jridu jimlew formola tal-applikazzjoni għal isem tal-utent u password għall-Arkivju tad-Dejta tar-Renju Unit fuq http://www.data-archive.ac.uk/sign-up/credentials-application.