Stħarriġ tal-Kumpaniji Ewropej 2009 (ECS) - Prattiki relatati mar-riżorsi umani

Prattiki relatati mar-riżorsi umani

  • Li jkollok persunal b'kuntratt ta' impjieg għal perjodu fiss saret okkorrenza komuni f'iżjed minn nofs (54%) l-istabbilimenti kollha koperti mill-ECS 2009
  • Ftit aktar minn wieħed minn kull ħames stabbilimenti kienu jimpjegaw ħaddiema temporanji tal-aġenziji fit-tnax-il xahar ta' qabel l-intervista tal-istħarriġ
  • Fl-UE, ftit aktar minn erbgħa minn kull ħames stabbilimenti jindikaw li l-ħidma fi grupp hija karatteristika importanti tal-organizzazzjoni tax-xogħol
  • Tlieta minn kull erba' stabbilimenti jimmarkaw il-ħtieġa ta' iżjed taħriġ b'mod sistematiku. Madankollu, dan ma jfissirx li qiegħed isir iżjed taħriġ

Nota: il-vidjo huwa bl-Ingliż biss.