Stħarriġ tal-Kumpaniji Ewropej (ECS) 2009 - prestazzjoni finanzjarja

Il-ġbir tal-informazzjoni, li twettaq permezz tat-telefon, għall-Istħarriġ tal-Kumpaniji Ewropej 2009 (ECS) tlesta fl-2009. Id-dejta mogħtija mill-madwar 30,000 stabbiliment li pparteċipaw madwar l-Ewropa għandha tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għat-titjib ġejjieni fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni Ewropea.

Il-Eurofound u l-partijiet interessati prinċipali tagħha ddeċidew li jkun utli li jkollhom xi indikazzjonijiet tal-prestazzjoni finanzjarja tal-istabbilimenti li ħadu sehem fl-istħarriġ. Il-prestazzjoni finanzjarja tista' tkun varjabbli ta' sfond interessanti biex tgħin fl-evalwazzjoni tal-politiki u l-prattiki li jużaw il-kumpaniji f'oqsma bħall-flessibbiltà, l-immaniġġar tar-riżorsi umani u d-djalogu soċjali.

L-approċċ użat kien doppju.

  • L-ewwel, numru ta' mistoqsijiet fil-kwestjonarju prinċipali tal-ECS indirizzaw tipi ta' kejl suġġettivi tal-’prestazzjoni finanzjarja u l-produttività tal-ħaddiema tal-kumpanija, fuq il-bażi tal-opinjonijiet tal-maniġers intervistati.
  • It-tieni modulu (prestazzjoni finanzjarja) kellu l-għan li jivvalida dawn it-tipi ta' kejl suġġettivi u li jestendi l-potenzjal analitiku tad-dejta miġbura. L-eżerċizzju ġabar informazzjoni addizzjonali dwar il-prestazzjoni ta' stabbilimenti mis-settur privat f'ħames pajjiżi – il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Polonja. Spanja u r-Renju Unit – li jirrappreżentaw ‘reġimi differenti ta' welfare’.

Segwitu

Kif tħabbar fit-tmiem tal-intervista oriġinali bit-telefon, TNS Infratest Socialforschung GmbH marret lura fl-istabbilimenti tas-settur privat fil-pajjiżi mmirati, bi ftit mistoqsijiet addizzjonali. Dan il-kwestjonarju qasir kien iddisinjat sabiex jarrikkixxi t-tweġibiet miġbura fl-intervista bit-telefon u biex jagħmel is-sett tad-dejta iżjed utli għal analiżi xjentifika. Huwa kien fih xi mistoqsijiet dwar il-prestazzjoni finanzjarja; sabiex dawn jitwieġbu b'mod sħiħ, seta' kien meħtieġ li jiġu kkonsultati l-fajls’ tal-kumpanija għal tweġibiet preċiżi..

Ir-riżultati ta' dan il-modulu dwar il-prestazzjoni finanzjarja se jiġu ppubblikati ...