Metodoloġija tal-Istħarriġ tal-Kumpaniji Ewropej (ECS) 2009
- български (bg)
- español (es)
- čeština (cs)
- dansk (da)
- Deutsch (de)
- eesti (et)
- ελληνικά (el)
- English (en)
- français (fr)
- Gaeilge (ga)
- hrvatski (hr)
- italiano (it)
- latviešu valoda (lv)
- lietuvių kalba (lt)
- magyar (hu)
- македонски (mk)
- Nederlands (nl)
- polski (pl)
- português (pt)
- română (ro)
- slovenčina (sk)
- slovenščina (sl)
- suomi (fi)
- svenska (sv)
- türkçe (tr)
L-ECS 2009 huwa t-tieni stħarriġ organizzattiv fuq skala kbira li twettaq mill-Eurofound, wara l-Istħarriġ Ewropew dwar il-Ħinijiet tax-Xogħol u l-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja (ESWT) li twettaq f'21 pajjiż tal-UE fil-perjodu 2004-2005.
Objettivi
L-objettivi tal-istħarriġ kienu biex:
- jimmappja, jivvaluta u jikkwantifika l-informazzjoni dwar il-politiki u l-prattiki tal-kumpaniji madwar l-Ewropa fuq bażi armonizzata;
- janalizza r-relazzjonijiet bejn il-prattiki tal-kumpaniji u l-impatt tagħhom kif ukoll janalizza l-prattiki mill-perspettiva tal-istrutturi fuq livell tal-kumpaniji, billi jiffoka b'mod partikolari fuq id-djalogu soċjali;
- jimmonitorja x-xejriet;
- jikkontribwixxi għall-Istrateġija ta' Lisbona dwar il-kwistjoni tal-politiki u l-prattiki tal-kumpaniji fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-kwalità tal-impjiegi, kif ukoll l-iżvilupp tad-djalogu soċjali fil-kumpaniji. L-istħarriġ għandu jippermetti l-iżvilupp ta' indikaturi omoġenji dwar dawn il-kwistjonijiet għal udjenza Ewropea.
Disinn u metodoloġija
L-ECS 2009 twettaq fi 30 pajjiż: is-27 Stat Membru tal-UE, flimkien mal-Kroazja, it-Turkija u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM). TNS Infratest Sozialforschung, Munich (Il-Ġermanja), f'kooperazzjoni ma' grupp ta' esperti u istituti nazzjonali għall-ġbir tad-dejta, kien responsabbli għat-twettiq tal-istħarriġ.
L-istħarriġ sar permezz ta' intervisti bit-telefon assistiti bil-kompjuter (CATI). Il-kumpaniji li kellhom jiġu intervistati ntgħażlu b'mod każwali minn fost dawk li kellhom 10 impjegati jew aktar f'kull pajjiż.
F'kull kumpanija ġie intervistat rappreżentant tal-maniġment u, fejn kien possibbli, rappreżentant tal-impjegati. L-intervisti damu medja ta' 20 minuta għar-rappreżentanti tal-maniġment u 15-il minuta għar-rappreżentanti tal-impjegati. Il-kwestjonarji huma disponibbli.
L-istħarriġ ma kienx jinkludi s-settur tal-agrikoltura u s-sajd, id-djar privati u l-organizzazzjonijiet extra-territorjali. L-amministrazzjoni pubblika kienet koperta fil-kampjun.
Lejn l-aħħar tal-2009 saret estensjoni limitata tal-istħarriġ sabiex tinġabar informazzjoni addizzjonali dwar il-prestazzjoni finanzjarja ta' kumpaniji mis-settur privat. Din kopriet stabbilimenti f'ħames pajjiżi – il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Polonja. Spanja u r-Renju Unit – li jirrappreżentaw ‘reġimi differenti ta' welfare’.
Assigurazzjoni tal-kwalità
Għal bosta snin l-Eurofound bniet kompetenza esperta konsiderevoli fit-twettiq tal-istħarriġ u żviluppat l-aħjar prattiki għall-assigurazzjoni tal-kwalità. Il-qafas tal-assigurazzjoni tal-kwalità għall-ECS 2009 jikkonsisti minn erba' pilastri prinċipali:
- Ippjanar: ippjanar u mmappjar sistematiku tal-proċess kollu tar-riċerka;
- Konsultazzjoni: konsultazzjoni mal-esperti, il-partijiet interessati u l-utenti tal-istħarriġ fl-iżvilupp tal-kwestjonarju, kunċetti prinċipali tal-istħarriġ u l-istrateġija metodoloġika;
- Trasparenza: il-proċess kollu tar-riċerka se jkun trasparenti, kemm internament kif ukoll esternament;
- Dokumentazzjoni: jiġu dokumentati kull pass waħdieni, deċiżjonijiet jew okkorrenzi matul il-proġett, biex ikun żgurat li kull pass ikun jista' jiġi rintraċċat lura.
Sabiex tkun żgurata l-kwalità fl-istħarriġ, u b'mod konformi mal-prattiki tal-Eurofound, kien meqjus essenzjali li mill-bidu nett jiġu involuti l-esperti u l-utenti tal-istħarriġ, eż. il-partijiet interessati tal-Eurofound rappreżentati minn membri tal-Bord tat-Tmexxija fil-Kumitat Konsultattiv tripartitiku dwar l-ECS 2009.
Ir-rapport Valutazzjoni tal-Kwalità tat-Tieni Stħarriġ tal-Kumpaniji Ewropej jivvaluta l-kwalità tal-istħarriġ fl-istadji kollha tiegħu, mit-tfassil tat-teħid tal-kampjuni sat-tixrid finali tad-dejta.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Camilla Galli da Bino, Tel: 00 353 1 2043125, email: gdb@eurofound.europa.eu