Stħarriġ tal-Kumpaniji Ewropej 2009 (ECS) - Paga varjabbli

Il-pagi varjabbli u l-parteċipazzjoni finanzjarja

  • Madwar l-UE, terz tal-istabbilimenti b'10 impjegati jew aktar jużaw elementi ta' paga li jiddependu fuq il-prestazzjoni individwali. Huma involuti ftit aktar minn nofs (53%) l-impjegati kollha. Iżjed minn nofs ir-rappreżentanti tal-ħaddiema (54%) jappoġġaw b'mod ġenerali dawn l-iskemi, b'differenzi kbar bejn il-pajjiżi.
  • Skont id-dejta tal-ECS, 14% tal-istabbilimenti privati kollha b'10 impjegati jew aktar fi ħdan l-UE fil-preżent jipprattikaw xi forma ta' skema ta' kondiviżjoni tal-profitti. L-akbar inċidenza hija rrappurtata fi Franza, fejn iżjed minn terz (35%) tal-kumpaniji privati kollha qegħdin joperaw skemi ta' kondiviżjoni tal-profitti.

Nota: il-vidjo huwa bl-Ingliż biss