ECS (Stħarriġ tal-Kumpaniji Ewropej) 2013 - Kwestjonarju

PDF version Printer-friendly version

Kwestjonarju ta' kwalità għolja huwa element ewlieni ta' stħarriġ b'suċċess. L-Eurofound tinvesti b'mod konsiderevoli fl-iżvilupp tal-kwestjonarji tagħha. It-tielet kwestjonarju tal-Istħarriġ dwar Kumpaniji Ewropej għadda minn taħt tħejjija dettaljata interna .

Dan kien ibbażat fuq żewġ dokumenti ta' sfond, li ħejjew il-qafas kunċettwali għall-kwestjonarju. L-ewwel dokument iħares lejn l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-involviment tal-ħaddiema filwaqt li t-tieni wieħed jirrifletti fuq id-djalogu soċjali fuq il-post tax-xogħol bħala motivatur ta' parteċipazzjoni diretta.

Barra minn dan, il-kwestjonarju kien żviluppat f'kollaborazzjoni mill-qrib minn grupp għall-iżvilupp tal-kwestjonarju magħmul minn esperti dwar is-suġġett minn pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea li jittrattaw l-istħarriġ fil-pajjiż tagħhom stess, jew huma involuti fi proġett ta' riċerka mal-Ewropa kollha eż. MEADOW, kif ukoll rappreżentanti minn organizzazzjonijiet internazzjonali u l-bord governattiv tripartitiku tal-Eurofound.

Il-proċess kien jinkludi traduzzjoni minn qabel mill-Ingliż għall-Ġermaniż u għall-Franċiż biex jgħin jiffinalizza l-kwestjonarju tas-sors u test minn qabel fi tliet pajjiżi.

Element ieħor importanti biex jiżgura s-suċċess ta' stħarriġ pan-Ewropew huwa l-kwalità u l-komparabbiltà tal-verżjonijiet tal-lingwi li jintużaw f'kull pajjiż. Il-proċedura estensiva tat-traduzzjoni applikata mill-Eurofound u l-kuntrattur tagħha tirrifletti l-importanza ta' traduzzjonijiet ta' kwalità għolja.

Il-kwestjonarji tal-lingwa sors tal-Ingliż għall- Intervista tal-Maniġment u l- Intervista tar-Rappreżentant tal-Impjegati tista' titniżżel.

Click to share this page to Facebook securely

Click to share this page to Twitter securely

Click to share this page to Google+ securely

Click to share this page to LinkedIn securely