Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja 2007

It-tieni stħarriġ Ewropew dwar il-kwalità tal-ħajja’ (EQLS) mill-Eurofound, li twettaq fl-2007, joffri stampa wiesgħa tar-realtajiet soċjali differenti fis-27 Stat Membru, u jkopri wkoll lin-Norveġja u l-pajjiżi kandidati t-Turkija, il-Maċedonja u l-Kroazja.

Ħafna mill-mistoqsijiet li saru fl-ewwel EQLS fl-2003 reġgħu ngħataw, fuq kwistjonijiet bħax-xogħol, id-dħul finanzjarju, l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni, il-familja, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-–ħajja, is-sodisfazzjon bil-ħajja u l-kwalità perċepita tas-soċjetà. Il-pussess ta' żewġ settijiet ta' dejta se jippermetti lit-tim tar-riċerka li jkejjel kif inbidlu l-ħajjiet tan-nies’ matul is-snin ta' bejniethom.

Id-dejta mill-EQLS u sorsi oħra kumplimentari jalimentaw id-database elettronika tal-’indikaturi statistiċi tal-kwalità tal-ħajja tal-Eurofound (EurLIFE).