EQLS 2007: Riżultati

Ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati

  • L-Ewropej b'mod ġenerali huma sodisfatti u kuntenti bil-ħajja: fuq skala minn wieħed sa għaxra, il-medja tal-UE27 hija 7 għas-sodisfazzjon bil-ħajja u 7.5 għall-kuntentizza;
  • Id-differenzi fid-dħul tal-familji madwar l-Ewropa huma notevoli: Fl-UE27, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom dħul baxx kważi daqs dak tal-pajjiż kandidat, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; biex ilaħħqu mad-dħul inadegwat, kważi nofs il-familji fl-NMS 12 u s-CC3 (bl-eċċezzjoni ta' Ċipru u Malta) ikabbru parti mill-ikel tagħhom stess;
  • Il-familja hija involuta bis-sħiħ fil-kura tat-tfal u tal-anzjani u tibqa' l-ewwel post fejn wieħed isejjaħ għall-għajnuna personali fl-emerġenzi; l-Ewropej jirrappurtaw livelli għoljin ta' sodisfazzjoni bil-ħajja familjari tagħhom; in-nisa għadhom iqattgħu iżjed ħin mill-irġiel fuq l-attivitajiet ta' ħarsien u d-dmirijiet domestiċi;
  • Bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja mhuwiex faċli biex jintlaħaq u l-problemi f'dan jidhru li huma l-iżjed komuni fix-Xlokk tal-Ewropa: Fil-Kroazja u l-Greċja, ftit aktar minn 70% taċ-ċittadini li jaħdmu jgħidu li huma għajjiena żżejjed biex jagħmlu xogħol tad-dar tal-anqas diversi drabi fix-xahar minħabba x-xogħol.
  • 81% tar-residenti fl-UE jgħidu li s-saħħa tajba kienet ‘importanti ħafna’ għall-kwalità tal-ħajja tagħhom: madankollu, bħala medja, 21% biss tan-nies iqisu saħħithom bħala ‘'tajba ħafna'’;
  • Meta mistoqsija sabiex jivvalutaw il-kwalità tas-soċjetà, il-persuni fl-NMS12 fil-Lvant tal-Ewropa – u fl-Italja u l-Portugall – huma l-inqas li jafdaw l-istituzzjonijiet politiċi tagħhom. Iċ-ċittadini fil-pajjiżi Nordiċi, u fit-Turkija, għandhom l-akbar fiduċja fl-istituzzjonijiet tagħhom; il-persuni fil-pajjiżi Nordiċi u l-Pajjiżi l-Baxxi jesprimu wkoll l-ogħla livelli ta' fiduċja f'nies oħra.