Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja 2012

Fieldwork għat-tielet Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja (EQLS) twettaq mill-aħħar ta' Settembru 2011 sal-bidu ta' Frar 2012 fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rapport tas-sejbiet, Il-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa: L-impatti tal-kriżi, issa jinsab online.

 

Is-sejbiet ewlenin

Ġie rrappurtat tnaqqis ta' 'l fuq minn 20% fil-livelli ta' ottimiżmu u kuntentizza f'uħud mill-pajjiżi mal-UE u 'l fuq minn terz tan-nies jindikaw deterjorament fis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom matul l-aħħar ħames snin. Dawn ir-riżultati jaffettwaw ħafna - b'xi eċċezzjonijiet interessanti - ir-realtà ekonomika, b'livelli l-aktar għoljin ta' ottimiżmu rrappurtati fid-Danimarka, l-Isvezja u bl-aktar livelli baxxi fil-Greċja, l-Italja u l-Portugall. Is-sitwazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea llum tippreżenta storja kumplessa u kumplikata. Mill-aħħar stħarriġ fl-2007, aktar nies li kellhom dħul tajjeb u li kellhom akkomodazzjoni ta' kwalità tajba bħalissa qed iħabbtu wiċċhom mal-qgħad, djun, nuqqas ta' sigurtà fid-djar u aċċess għas-servizzi. 

L-istħarriġ jenfasizza wkoll li għal ħafna nies qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-ħajja: 7% jirrappurtaw ‘diffikultà kbira’ biex ilaħħqu mal-ħajja, b'differenzi kbar bejn Stati Membri, li jvarjaw minn 22% fil-Greċja għal 1% fil-Finlandja. Meta ġew mistoqsija kieku għand min imorru biex jisselfu l-flus b'mod urġenti, il-biċċa l-kbira tal-Ewropej (70%) kieku jistaqsu membru tal-familja tagħhom jew lil xi ħadd jiġi minnhom għal self. 12% oħrajn kieku jistaqsu ħabib/a, ġar/a jew lil xi ħadd ieħor, filwaqt li 8% kieku jmorru għand fornitur ta' servizz jew instituzzjoni. Wieħed minn kull għaxra (10%) irrappurtaw li huma kieku ma jirnexxilhom jistaqsu lil ħadd; din kienet il-verità partikolarment fost nies fil-kwartili tal-inqas dħul (15%). B'mod globali, 8% tan-nies fl-UE ma setgħux iħallsu lura djun informali skont l-iskeda.

Il-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi ewlenin, fil-gvernijiet u l-parlamenti naqset matul l-aħħar ħames snin u bla dubju tnaqqset l-aktar f'dawk il-pajjiżi li qegħdin jaffaċċjaw id-diffikultajiet ekonomiċi l-aktar serji, bħal Spanja u l-Greċja. Il-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi tinsab l-ogħla fid-Danimarka, il-Finlandja, il-Lussemburgu, u l-Isvezja, l-aktar minħabba livell ta' fiduċja li ma jitqabbilx fl-istituzzjonijiet politiċi nazzjonali f'dawn l-Istati Membri.

Ir-rapport ġenerali jeżamina firxa ta' kwistjonijiet bħall-impjieg, id-dħul, id-djar u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, il-familja, is-saħħa, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, is-sodisfazzjon tal-ħajja u kif wieħed iħares lejn il-kwalità tas-soċjetà. Fl-2013 se jsiru aktar rapporti dwar benessri suġġettiv, inugwaljanzi soċjali, il-kwalità tas-soċjetà u s-servizzi pubbliċi, u t-tendenzi fil-kwalità tal-ħajja matul it-tliet fażijiet tal-istħarriġ.

Rappurtar

Dan ir-rapport ikopri s-27 Stat Membru tal-UE iżda b'kollox ġew intervistati 43,636 ruħ f' 34 pajjiż (id-differenza hi magħmula minn seba' pajjiżi kandidati jew pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni: Il-Kroazja, l-Islanda, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, il-Kosovo, is-Serbja u t-Turkija). Ir-Riżultati minn dawn il-pajjiżi se jiġu ppubblikati fl-2013. Il-Eurofound ħadmet mill-qrib mal-kuntrattur tagħha GfK EU3C fil-Belġju biex tiżgura li l-istandards tal-ogħla kwalità ġew issodisfati waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tat-tielet EQLS.

Huwa mistenni li s-sett tad-dejta jkun disponibbli għall-pubbliku permezz tad-Data Archive tar-Renju Unit fir-rebbiegħa 2013.

Metodoloġija