EQLS 2012 - Metodoloġija
- български (bg)
- español (es)
- čeština (cs)
- dansk (da)
- Deutsch (de)
- eesti (et)
- ελληνικά (el)
- English (en)
- français (fr)
- Gaeilge (ga)
- hrvatski (hr)
- italiano (it)
- latviešu valoda (lv)
- lietuvių kalba (lt)
- magyar (hu)
- македонски (mk)
- Nederlands (nl)
- polski (pl)
- português (pt)
- slovenčina (sk)
- slovenščina (sl)
- suomi (fi)
- svenska (sv)
- türkçe (tr)
Fl-isforz tagħha li tipproduċi dejta kumparabbli u affidabbli dwar il-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa kollha, l-aġenzija Eurofond żviluppat approċċ metodoloġiku unifikat u sistema li tassigura l-kwalità. Tul is-snin sar titjib fil-metodoloġija, ġew integrati diversi kundizzjonijiet ta' tħassib u twessa' l-ambitu ġeografiku bil-proċessi ta' tkabbir tal-Unjoni Ewropea.
Perjodu tal-fijldwork: Settembru 2011-Frar 2012 (Stati Membri tal-UE); Mejju-Awwissu 2012 (pajjiżi li mhumiex fl-UE).
Kuntrattur: GfK Significant (il-Belġju).
Kopertura: 27 Stat Membru tal-UE U 7 pajjiżi li mhumiex fl-UE (Il-Kroazja, l-Islanda, il-Kosovo, l-Eks-Repubblika Juogożlava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja, it-Turkija)
Popolazzjoni Mira: Il-popolazzjoni mira hija r-residenti kollha tal-pajjiżi msemmija fuq li għandhom 18-il sena jew iżjed.
Kampjun: Il-kampjun bażiku huwa kampjun multi-fażi, stratifikat u magħżul bla parametri fissi (random). Kull pajjiż huwa maqsum f'taqsimiet skont ir-reġjun u l-grad tal-urbanizzazzjoni, u minn kull wieħed minnhom jittieħed għadd ta' Unitajiet Primarji ta' Kkampjunar (PSU) mingħajr l-ebda parametri fissi. Imbagħad jittieħed kampjun bla parametri fissi ta' djar minn kull PSU. Fl-aħħar il-persuna li tintagħżel għall-intervista minn kull dar tkun dik li jkun imissha tagħlaq għeluq sninha.
Daqs tal-kampjun: Id-daqs tal-kampjun mira jvarja minn 1,000 fil-pajjiżi ż-żgħar sa 3,000 fil-pajjiżi l-kbar. Wara t-tlestija tal-fijldwerk, l-għadd totali tal-intervisti kien 43,636.
Tip ta' stħarriġ: Intervisti bbażati fuq kwestjonarju magħmulin wiċċ imb wiċċ fid-djar tal-persuni magħżula fl-ilsien/ilsna nazzjonali tal-pajjiż.
Tip ta' intervista: Wiċċ imb wiċċ, id-dar, b'tul medju ta' 38 minuta fl-UE27 u b'tul medju ta' 39 minuta fil-pajjiżi li mhumiex fl-UE.
A rapport tekniku (Ingliż, .pdf, 1MB) dwar l-EQLS huwa disponibbli.