EWCS 2010 - Teħid ta' Kampjuni

Il-kampjun użat fl-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol huwa rappreżentattiv tal-persuni ta' 15-il sena u aktar (16 u aktar fi Spanja, ir-Renju Unit u n-Norveġja) li għandhom impjieg u huma residenti fil-pajjiż li jkun qiegħed jiġi mistħarreġ. F'kull pajjiż, intuża teħid ta' kampjuni każwali, stratifikat, f'diversi fażijiet.

Fl-ewwel fażi, ittieħdu kampjuni tal-unitajiet primarji tat-teħid ta' kampjuni (PSUs), stratifikati skont ir-reġjuni ġeografiċi (livell ta' NUTS 2 jew inqas) u l-livell ta' urbanizzazzjoni. Suċċessivament, f'kull PSU, ittieħdu kampjuni tal-familji. Fil-pajjiżi fejn kien disponibbli reġistru ta' kwalità għolja, aġġornat tal-indirizzi jew tal-popolazzjoni, dan intuża bħala l-qafas tat-teħid ta' kampjuni. Fejn ma kienx disponibbli tali reġistru, kienet applikata proċedura ta' rotta każwali. Fil-ħames EWCS, għall-ewwel darba, l-enumerazzjoni tal-indirizzi permezz ta' din il-proċedura tar-rotta każwali kienet separata mill-istadju tal-intervisti. Fl-aħħar nett, kienet applikata proċedura ta' skrinjar sabiex jingħażel ir-rispondent eliġibbli fi ħdan kull familja.

In-numru ta' intervisti fil-mira kien 1,000 fil-pajjiżi kollha, għajr is-Slovenja (1,400), ir-Renju Unit, l-Italja u l-Polonja (1,500), il-Ġermanja u t-Turkija (2,000), Franza (3,000) u l-Belġju (4,000). Il-gvernijiet tas-Slovenja, Franza u l-Belġju għamlu użu mill-possibbiltà offruta mill-Eurofound biex iħallsu għal żieda mad-daqs tal-kampjun inizjali. In-numru ta' intervisti li saru f'kull pajjiż huwa mogħti fil-qosor fit-tabella li ġejja.

Numru ta' intervisti li twettqu:

Il-Belġju

4001

L-Irlanda

1003

L-Awstrija

1003

Il-Kroazja

1100

Il-Bulgarija

1014

L-Italja

1500

Il-Polonja

1500

FYROM

1100

Ir-Repubblika Ċeka

1000

Ċipru

1000

Il-Portugall

1000

It-Turkija

2100

Id-Danimarka

1069

Il-Latvja

1001

Ir-Rumanija

1017

 

 

Il-Ġermanja

2133

Il-Litwanja

1004

Is-Slovenja

1404

L-Albanija

1000

L-Estonja

1000

Il-Lussemburgu

1000

Is-Slovakkja

1002

Il-Kosovo

1018

Il-Greċja

1037

L-Ungerija

1006

Il-Finlandja

1028

Il-Montenegro

1041

Spanja

1008

Malta

1000

L-Isvezja

1004

 

 

Franza

3046

Il-Pajjiżi l-Baxxi

1017

Ir-Renju Unit

1575

In-Norveġja

1085

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara r-Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Kampjunar.