EWCS 2010 - Peżar
- български (bg)
- español (es)
- čeština (cs)
- dansk (da)
- Deutsch (de)
- eesti (et)
- ελληνικά (el)
- English (en)
- français (fr)
- Gaeilge (ga)
- hrvatski (hr)
- italiano (it)
- latviešu valoda (lv)
- lietuvių kalba (lt)
- magyar (hu)
- македонски (mk)
- Nederlands (nl)
- polski (pl)
- português (pt)
- română (ro)
- slovenčina (sk)
- slovenščina (sl)
- suomi (fi)
- svenska (sv)
- türkçe (tr)
L-istess bħal f'sessjonijiet preċedenti tal-EWCS, jeħtieġ li jiġu applikati tliet tipi ta' piżijiet sabiex ikun assigurat li r-riżultati bbażati fuq il-ħames EWCS ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala rappreżentattivi għall-ħaddiema fl-Ewropa.
- Piżijiet tal-probabbiltà tal-għażla
Minħabba l-mod kif inhu ddisinjat il-proċess tat-teħid ta' kampjuni, persuni fi djar fejn hemm inqas ħaddiema għandhom ċans akbar li jintgħażlu fil-kampjun milli persuni fi djar fejn hemm iżjed ħaddiema. Pereżempju, f'dar li fiha hemm persuna waħda biss impjegata, il-probabbiltà li tintgħażel din il-persuna hija 100%, filwaqt li din il-probabbiltà tinżel għal 50% fil-każ ta' persuni f'dar fejn hemm żewġ persuni jaħdmu. Il-piżijiet tal-probabbiltà tal-għażla (jew il-piżijiet tad-disinn) huma kostruwiti sabiex jikkoreġu dan. - Piżijiet ta' wara l-istratifikazzjoni
Minħabba d-differenzi fir-rieda u d-disponibbiltà li jipparteċipaw fl-istħarriġ, ċerti gruppi huma rappreżentati żżejjed filwaqt li gruppi oħra huma rappreżentati inqas fil-kampjun tal-EWCS. Sabiex jiġi żgurat li r-riżultati jirriflettu akkuratament il-popolazzjoni tal-ħaddiema f'kull pajjiż, huwa meħtieġ peżar ta' wara l-istratifikazzjoni. Il-piżijiet huma kkalkulati billi l-EWCS jiġi pparagunat mal-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol (Eurostat) fir-rigward tas-sess tal-persuna, l-età, ir-reġjun, l-impjieg u s-settur tal-attività ekonomika tar-rispondenti. - Piżijiet sovranazzjonali
Id-differenzi bejn il-pajjiżi fid-daqs tal-forza tax-xogħol tagħhom, mhumiex riflessi (b'mod sħiħ) fid-daqs tal-kampjun f'kull pajjiż. Sabiex ikun assigurat li l-pajjiżi l-kbar ikollhom piż akbar fir-riżultati fil-livell tal-UE, jeħtieġ li jiġu applikati piżijiet sovranazzjonali meta jitwettqu l-analiżijiet fuq livell Ewropew.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ara l-Weighting Report, [.pdf, 3.7MB, bl-Ingliż biss].