EWCS 2010 - Saħħa u benesseri: informazzjoni dwar ir-riskji

Iżjed ħaddiema huma infurmati dwar ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà llum milli qatt qabel

Il-proporzjon ta' ħaddiema li jirrappurtaw li huma infurmati tajjeb ħafna jew infurmati tajjeb dwar ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà b'rabta mat-twettiq tax-xogħol tagħhom żdied – sa 90% tal-ħaddiema fl-2010. Il-ħaddiema fit-Turkija (67%), Franza (81%) u Malta (85%) huma l-inqas infurmati sewwa fl-Ewropa, filwaqt li l-ħaddiema fl-Irlanda (97%), l-Ungerija (95%) u l-Latvja (96%) huma l-iżjed infurmati sewwa. In-nisa jirrappurtaw li huma infurmati daqsxejn aħjar mill-irġiel.

‘Madankollu, għad hemm diskrepanzi bejn persuni b'tipi differenti ta' impjiegi, bil-ħaddiema ta' ħiliet baxxi ħafna drabi jkunu inqas infurmat dwar ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà mill-ħaddiema b'ħiliet għolja’, jgħid Greet Vermeylen, maniġer tar-riċerka fil-Eurofound.

Kemm inti infurmat tajjeb dwar ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà b'rabta max-xogħol tiegħek? (q30)


’L-Għodda għall-Immappjar tal-Istħarriġ il-ġdida tal-Eurofound tagħtik aċċess sħiħ għad-dejta kollha fil-Ħames Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol, preżentazzjoni grafika utli u attraenti tal-iżviluppi fil-kundizzjonijiet tax-xogħol bejn l-1991 u l-2010.