Il-Ħames Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol - 2010
- български (bg)
- español (es)
- čeština (cs)
- dansk (da)
- Deutsch (de)
- eesti (et)
- ελληνικά (el)
- English (en)
- français (fr)
- Gaeilge (ga)
- hrvatski (hr)
- italiano (it)
- latviešu valoda (lv)
- lietuvių kalba (lt)
- magyar (hu)
- македонски (mk)
- Nederlands (nl)
- polski (pl)
- português (pt)
- română (ro)
- slovenčina (sk)
- slovenščina (sl)
- suomi (fi)
- svenska (sv)
- türkçe (tr)
Il-ġbir tal-informazzjoni għall-Ħames Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol sar bejn Jannar u Ġunju tal-2010. Il-kwestjonarju kopra kwistjonijiet relatati mal-impjieg prekarju, l-istili tat-tmexxija u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema kif ukoll il-kuntest ġenerali tax-xogħol, il-ħinijiet tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol, il-paga, ir-riskji għas-saħħa relatati max-xogħol, il-fatturi konoxxittivi u psikosoċjali, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja u l-aċċess għat-taħriġ. Kienu inklużi numru ta' mistoqsijiet biex jaqbdu l-impatt tar-riċessjoni ekonomika fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol.
Ġew intervistati kważi 44,000 ħaddiem, li kienu jkopru 34 pajjiż – l-UE27, in-Norveġja, il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Turkija, l-Albanija, il-Montenegro u l-Kosovo – li jagħmel din is-sessjoni l-iżjed waħda komprensiva sa issa, f'termini tal-kopertura ġeografika. Il-Ħames EWCS ġie implimentat minn Gallup Europe, li ħadmet fi ħdan qafas b'saħħtu ta' assigurazzjoni tal-kwalità, biex tassigura l-ogħla standards possibbli fil-proċessi kollha tal-ġbir u l-editjar tal-dejta.
Add new comment