Skip to main content

Assigurazzjoni tal-kwalità għall-istħarriġ tal-Eurofound

Assigurazzjoni tal-kwalità għall-istħarriġ

Eurofound għandha l-għan li tassigura l-kwalità għolja tad-dejta tal-istħarriġ tagħha billi tikkonforma ma' standards maqbula b'mod ġenerali għall-metodoloġija u l-proċeduri. Dan tagħmlu billi ssegwi l-kriterji tal-kwalità tas-Sistema Statistika Ewropea (ESS) fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-kwalità tal-istħarriġ. Għall-istħarriġ tal-Eurofound, il-kriterji huma applikati kif ġej:

  • Rilevanza: Tassigura li l-istħarriġ jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti preżenti u potenzjali
  • Preċiżjoni: Li jkollok dejta li l-istimi għaliha jkunu kemm jista' jkun qrib il-valuri reali. F'termini prattiċi dan isir billi jitnaqqsu kwalunkwe żbalji fl-istħarriġ.
  • Żmien opportun u puntwalità: It-tixrid tad-dejta kemm jista' jkun qrib il-perjodu ta' referenza u billi tiġi segwita l-iskeda għall-ħruġ tad-dejta
  • Aċċessibbiltà u ċarezza: Li tippermetti lill-utenti li jaċċessaw mingħajr diffikultà r-riżultati u d-dejta u toffrilhom l-informazzjoni ta' sfond neċessarja sabiex jinterpretaw ir-riżultati
  • Koerenza u komparabilità: Li tiġi riveduta d-dejta f'paragun ma' dejta oħra relatata li tkun ġejja minn sorsi oħra u jiġi valutat jekk id-differenzi jkunux attribwibbli għal differenzi bejn valuri veri. Tiġi stabbilita l-komparabilità tad-dejta f'żoni ġeografiċi differenti u maż-żmien.

L-għan huwa li jittejbu kontinwament il-kwalità u l-kost-effiċjenza tal-istħarriġ. Il-kriterji tal-kwalità, u l- passi meħtieġa fil-proċess sabiex jintlaħqu dawn il-kriterji, huma stipulati kemm fl- ispeċifikazzjonijiet tal-offerti kif ukoll fl-ippjanar dettaljat tal-proċess tal-istħarriġ.  Huma stabbiliti proċeduri sabiex  jiġu ċċekkjati l- aspetti kollha tal-preparazzjoni tal-istħarriġ, il-ġbir ta' tagħrif fuq il-post u l-ipproċessar tad-dejta u sabiex tinġabar dokumentazzjoni komprensiva ta' kif qegħdin jintlaħqu l-kriterji tal-kwalità.

L-impatt tal-istħarriġ fuq it-tiswir tal-politika u l-użu tad-dejta fir-riċerka huma mmonitorjati b'mod regolari. Tinġabar informazzjoni dwar kif l-istħarriġ jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti. Barra minn hekk, jiġu kkummissjonati u ppubblikati valutazzjonijiet esterni tal-kwalità tad-dejta u dwar il-proċessi tal-istħarriġ.  

Disclaimer

When freely submitting your request, you are consenting Eurofound in handling your personal data to reply to you. Your request will be handled in accordance with the provisions of Regulation (EU) 2018/1725 of the European Parliament and of the Council of 23 October 2018 on the protection of natural persons with regard to the processing of personal data by the Union institutions, bodies, offices and agencies and on the free movement of such data. More information, please read the Data Protection Notice.