Stħarriġ tal-Kumpaniji Ewropej

LEżerċizzji ta' Stħarriġ dwar il-Kumpaniji Ewropej (ESWT) saru kull erba' snin mit-tnedija tagħhom fl-2004-2005 European Establishment Survey on Working Time and Work-Life Balance (ESWT). It-tieni eżerċizzju ta' stħarriġ (li sar bit-titolu l-ġdid Eżerċizzji ta' Stħarriġ dwar il-Kumpaniji Ewropej) tlesta fl-2009 u t-tielet eżerċizzju ser isir fl-2013.

L-eżerċizzju ta' stħarriġ għandu dawn l-għanijiet:

  • jimmappja, jevalwa u jikkwantifika informazzjoni dwar il-politiki u l-prattiki tal-kumpaniji mill-Ewropa kollha fuq bażi armonizzata;
  • janalizza r-relazzjonijiet bejn il-prattiki tal-kumpaniji u l-impatt tagħhom kif ukoll iħares lejn il-prattiki mill-perspettiva tal-istrutturi fuq il-livell tal-kumpaniji, filwaqt li b'mod partikulari jiffoka fuq id-djalogu soċjali;
  • jimmonitorja x-xejriet;
  • jagħti kontribut fl-Istrateġija Ewropea 2020 billi jimmappja u jifhem il-politiki u l-prattiki tal-kumpaniji li jista' jħallu impatt fuq it-tkabbir għaqli, sostenibbli u inklużiv kif ukoll permezz tal-iżvilupp tad-djalogu soċjali fil-kumpaniji. Fir-rogward ta' dwar dawn il-kwistjonijie, l-eżerċizzji ta' stħarriġ għandhom jippermettu l-iżvilupp ta' indikaturi omoġenji għal udjenza Ewropea.

L-ECS huwa kampjun rappreżentattiv ta' stħarriġ ibbażat fuq mistoqsijiet li jsiru bit-telefon bil-lingwa/lingwi tal-pajjiż. L-intervisti għandhom il-karatteristika speċjali li jistaqsu mistoqsijiet kemm lill-maniġer responsabbli mir-riżorsi umani tal-kumpanija u kemm lil xi rappreżentant tal-impjegati meta dan ikun possibbli. L-ewwel sensiela ta' eżerċizzji ta' stħarriġ kopriet kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-arranġamenti tal-ħinijiet tax-xogħol u mal-bilanċ xogħol-ħajja fuq il-livell tal-kumpanija. It-tieni sensiela stħarrġet diversi forom ta' flessibbiltà, inklużi l-flessibbiltà fil-ħinijiet tax-xogħol, il-flessibbiltà kuntrattwali, il-paga varjabbli u l-parteċipazzjoni finanzjarja kif ukoll miżuri mir-riżorsi umani li jsostnuhom, u n-natura u l-kwalità tad-djalogu soċjali fuq il-post tax-xogħol. It-tielet eżerċizzju ta' stħarriġ ser jistħarreġ l-organizzazzjoni fuq il-post tax-xogħol, l-innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol, il-parteċipazzjoni tal-impjegati u d-djalogu soċjali fil-postijiet tax-xogħol Ewropej.

Wara t-tkabbir tal-UE, maż-żmien l-ambitu ġeografiku tal-eżerċizzji twessa' kif ġej:

  • L-ewwel ECS (ESWT) fl-2004-2005: 21 pajjiż: 15 ‘antiki’ Stati Membri tal-UE u Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Latvja, il-Polanja u l-Islovenja
  • It-tieni ECS fl-2009: 30 pajjiż, inklużi s-27 Stat Membru tal-UE, il-Kroazja, l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) u t-Turkija
  • It-tielet ECS fl-2013: 32 pajjiż, inklużi s-27 Stat Membru tal-UE, il-Kroazja, l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM), l-Islanda, il-Montenegro u t-Turkija