Stħarriġ tal-Kumpaniji Ewropej 2013
- български (bg)
- español (es)
- čeština (cs)
- dansk (da)
- Deutsch (de)
- eesti (et)
- ελληνικά (el)
- English (en)
- français (fr)
- Gaeilge (ga)
- hrvatski (hr)
- italiano (it)
- latviešu valoda (lv)
- lietuvių kalba (lt)
- magyar (hu)
- македонски (mk)
- Nederlands (nl)
- polski (pl)
- română (ro)
- slovenčina (sk)
- slovenščina (sl)
- suomi (fi)
- svenska (sv)
- türkçe (tr)
Il-kumpaniji Ewropej għandhom rwol kruċjali biex joħorġu mill-kriżi u biex jilħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropea 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Il-fokus ewlieni tat-tielet stħarriġ huwa l-organizzazzjoni tax-xogħol, l-innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol, il-parteċipazzjoni tal-impjegati u d-djalogu soċjali. L-istħarriġ ser jippjana għadd ta' prattiki li jintużaw fil-postijiet tax-xogħol Ewropej, kif dawn jiġu diskussi u negozjati fil-livell tal-post tax-xogħol u kif ukoll uħud mir-riżultati tagħhom. Il- kwestjonarju tħejja f'kooperazjoni mal-partijiet interessati u l-esperti tal-Eurofound fl-oqsma rilevanti.
It-tielet ECS kien implimentat minn Gallup Europe u b'kollox kopra 32 pajjiż (27 Stat Membru tal-UE u l-Kroazja, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Islanda, il-Montenegro u t-Turkija). Id-daqs tal-kampjun immirat għat-32 pajjiż huwa 29,950, li jvarja minn 300 sa 1650 skont id-daqs tal-pajjiż. L-intervisti bdew minn Frar sa Mejju 2013 u, u bħall-istħarriġ ta' qabel, l-intervisti saru permezz tat-telefown ma' maniġers u rappreżentanti tal-impjegati fil-lingwa(i) tal-pajjiż.
Il-kontroll tal-kwalità huwa element importanti tal-istħarriġ kollu tal-Eurofound u ser jiġu applikati miżuri fil-fażijiet kollha tat-tielet ECS biex jiġi żgurat li l-aspettattivi ta' stħarriġ ta' kwalità għolja jiġu ssodisfati.
Kwestjonarji fil-lingwi kollha huma disponibbli u aktar tagħrif dwar il-metodoloġija ser jiġi ppubblikat aktar tard din is-sena.